IL-KAP EŻEKUTTIV TAL-MALTA AIR IĠIB FIX-XEJN ID-DOMANDI TAN-NET

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 1 ต.ค. 2024
  • ONE.COM.MT • Konferenza tal-aħbarijiet dwar l-ajruplan il-ġdid tal-Malta Air kixfet l-aġenda ċara tal-Partit Nazzjonalista li jħammeġ u jiżufjetta b’isem Malta quddiem ġganti tal-avjazzjoni.
    Madankollu l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Air, li hija kumpanija li tagħmel parti mir-Ryan Air Group ma kellu xejn għajr kliem ta’ tifħir għal pajjiżna u ġab fix-xejn id-domandi mill-kamra tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista.
    Insegwu d-dettalji f’dan is-servizz.
    KITBA: SAMUEL LUCAS
    FILMAT: CHRIST BORG / ARKIVJI
    Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Air David O’Brien ġab fix-xejn id-domandi mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net News intiżi biex jimmotivaw kritika u jiżufjettaw b’isem pajjiżna quddiem ġganti tal-avjazzjoni.
    Dan seħħ waqt konferenza tal-aħbarijiet ftit minuti wara li l-ajruplan ġdid tal-Malta Air, li sewa mitt miljun ewro u li jħaddan il-kuluri tal-bandiera Maltija, niżel f’pajjiżna.
    Wara li ntemmet il-konferenza tal-aħbarijiet li mmarkat dan it-tragward importanti għal Malta Air u s-suċċess tal-ħidma ta’ Awtoritajiet Maltin bħal Transport Malta, kien imiss il-ħin tal-mistoqsijiet.
    Hemmhekk il-ġurnalista tal-kamra tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista staqsiet lil O’Brien x’pariri jagħti lill-Air Malta sabiex bħal-linji nazzjonali tal-ajru oħrajn hija tkun tista’ topera b’suċċess.
    Madankollu O’Brien pront ikkoreġa lill-ġurnalista u tenna kif linja nazzjonali tal-ajru bħal Lufthansa u Air France għandhom il-biljuni f’għajnuna tal-istat approvati mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li l-Air Malta qed tiġġieled għal din l-għajnuna.
    Għajnuna li skont O’Brien innifsu meta kkumparata ma’ dik li ngħataw l-Lufthansa u l-Air France hija biss ċiċri.
    DAVID O’BRIEN
    KAP EŻEKUTTIV TAL-MALTA AIR
    “No not everyone is the same. I mean instantly, almost instantly the European Commission turned around a €10 billion request for Lufthansa, a €10 billion request for Air France and are quibbling over what is peanuts in the case of the Air Malta request, so no.”
    F’domanda oħra l-istess ġurnalista staqsiet kemm ir-Ryan Air u l-operat tagħha f’Malta kellu jkeċċi ħaddiema fi żmien il-pandemija.
    Għal darb’oħra l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Air, li b’mod skorrett Net News fir-rapport tagħhom qalu li huwa l-Kap Eżekuttiv tar-Ryan Air, ukoll kellu risposta, dik li fil-fatt ħadd minn Malta ma tkeċċa.
    DAVID O’BRIEN
    KAP EŻEKUTTIV TAL-MALTA AIR
    “The key feature of Ryan Air and Ryan Air group in Malta this Summer is that we did not make people redundant. Between them Air France and Lufthansa recieved €20 billion and still made 50,000 people redundant. We made a small number of people redundant and 0 in Malta. I am very pleased that we did a deal with GWU which saved those jobs.”
    Iżda għal din ir-risposta l-istess ġurnalista kellha mistoqsija oħra dwar il-konnessjoni ta’ Malta Air ma’ eks Ministru.
    Il-Kap Eżekuttiv qal hekk.
    DAVID O’BRIEN
    KAP EŻEKUTTIV TAL-MALTA AIR
    “Malta Air has been a spectacular success for Malta and it will continue to be. And the Ryan Air Group will continue to be a significant contributor to the Maltese Government. Whoever was responsible it has worked.”
    Intant il-ġurnalista mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net bħal donna rtirat l-mistoqsija tagħha u sostniet li d-domanda ma kinitx dwar ir-Ryan Air, b’O’Brien pront nnota kif din il-konferenza kienet speċifikament dwar Ryan Air u Malta Air.
    Ġurnalista - It really wasn’t about Ryan Air
    O’ Brien - But this is a Ryan Air and Malta Air press Conference.

ความคิดเห็น • 2