Sacro Cuor - 'INT SULTANA TAS-SLIMIŻI' - l-Innu taċ-Ċentinarju - Mro Lesley Tabone/Joseph Cuschieri
ฝัง
- เผยแพร่เมื่อ 6 ก.พ. 2025
- 'INT SULTANA TAS-SLIMIŻI'
Vuċi; AMBER Bondin
Fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Sliema 1923-2023
Versi;
Insellmulek O’ Madonna,
Imħabbitna iddur lejk,
Lejn il-ħarsa ħelwa tiegħek,
Omm ta’ ħniena, mħabba w’kenn
Wisq sabiħa ġawhra tagħna,
F’wiċċek jiddu ġmiel għajnejk,
Xbieha imbierka u meqjuma,
Bit-talb tagħna nersqu lejk
Rit:
F’das-Santwarju lkoll inġbarna,
Infaħruk Inkurunata,
Qalb Imqaddsa kun ‘l Omm tagħna,
tas-Slimiżi inti s-Sultana
O’ Marija xemx li tiddi,
Xbejba safja, tfuħ bħal ward,
Ismek għani bil-qdusija,
Ġmielek jgħaxxaq lil kulħadd
Verġni Mbierka u Santissima,
Għinna nersqu dejjem lejk,
Taħt mantalek ilkoll żommna,
Hawn mixħuta lkoll f’riġlejk
Rit:
F’das-Santwarju lkoll inġbarna,
Infaħruk Inkurunata,
Qalb Imqaddsa kun ‘l Omm tagħna,
tas-Slimiżi inti s-Sultana
Qalb ħanina, Glorja t’Alla,
Il-maħbuba tal-Mulej,
Int Reġina fl-art u s-sema,
Omm ta' Kristu il-feddej,
O Patruna sbejħa tagħna,
Lillek aħna wisq ngħożżuk,
Bħal ma’ għamlu ta’ qabilna,
Nibqgħu dejjem inħobbuk
Rit x2:
F’das-Santwarju lkoll inġbarna,
Infaħruk Inkurunata,
Qalb Imqaddsa kun ‘l Omm tagħna,
tas-Slimiżi inti s-Sultana