L-Adozzjoni. Nitkellmu ma'... Intervista mal-familja Borg

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 7 พ.ค. 2020
  • L-ADOZZJONI
    NITKELLMU MA'... Johann Borg u Nicolette Borg Vassallo li għadhom kemm adottaw li ċkejkna Francesca, it-tieni tifla tagħhom, mill-Indja.
    "Qalbna tingħafas għal dawk il-koppji li bħalna għażlu li jadottaw imma li bħalissa ma jistgħux imorru. Lil dawn ngħidulhom biex jagħmlu l-kuraġġ u iġri jgħaddi kollox malajr ħa jkunu jistgħu jmorru. Lin-nies li għaddejjin fil-proċess tal-adozzjoni ngħidulhom biex ma jaqtgħux qalbhom. Meta jkollok lit-tfal f'idejk, l-uġigħ u l-inkwiet u l-biżgħat kollox tinsa."
    "Din hija t-tieni adozzjoni tagħna mill-Indja. Hija l-isbaħ ħaġa li għamilna f'ħajjitna li nadottaw. L-imħabba li jtuk u li tagħti hija l-isbaħ ħaġa. It-triq tal-adozzjoni hija triq twila imma kull ġurnata li tgħaddi hija iktar viċin li żżomm lit-tarbija tiegħek f'idejk. Il-proċess tal-adozzjoni fih ħafna emozzjonijiet iżda kollu hu 'worth it'."
    "Is-sitwazzjoni tagħna biex ġibna lil Francesca kien diffiċli b'mod partikolari issa li nqbadna fl-Indja u ma stajniex niġu lura minħabba l-lockdown li kien hemm. Meta tasal lura f'pajjiżek, il-ferħ jikkompensa l-uġigħ."

ความคิดเห็น •