ไม่สามารถเล่นวิดีโอนี้
ขออภัยในความไม่สะดวก

AKKUŻAT B’BEJGĦ TA’ ZALZETT MINN LAĦAM TA’ KLIEB U QTATES

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 20 มิ.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Biċċier Għawdxi qed ikun investigat b’rabta ma’ allegazzjonijiet li kien joqtol klieb u qtates biex jagħmel iz-zalzett minnhom u jbiegħu lin-nies.
    Meta bdew jiċċirkolaw rapporti fil-midja dwar dan, ikkuntattjajna lill-Pulizija, li qalulna li ma rċevew l-ebda rapporti.
    Iżda matul il-jum, hekk kif komplew jiżdiedu l-kummenti u l-allegazzjonijiet min-nies, nifhmu li l-każ beda jiġi investigat wara li daħlu xi nies l-isptar jilmentaw li ħassewhom ma jifilħux wara li kielu minn dan il-laħam.
    KITBA: TRISCHIA FALZON
    FILMAT: ARKIVJI
    Biċċier Għawdxi ta’ sebgħa u sittin sena mix-Xagħra qed ikun investigat b’rabta ma’ kummenti fuq il-midja soċjali, fejn ġie akkużat li qatel klieb u qtates biex mil-laħam tagħhom, jagħmel u jbigħ iz-zalzett tal-Malti fil-ħanut tiegħu.
    Fil-fatt jirriżulta li l-Ġimgħa waranofsinhar, uffiċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u l-Animal Welfare, assistiti mill-Pulizija, kienu fil-ħanut u fir-razzett tar-raġel biex iwettqu l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.
    L-allegazzjonijiet bdew numru ta’ ġimgħat ilu, iżda kumment li sar fuq Facebook il-Ġimgħa filgħodu, reġa’ qajjem il-każ.
    Fil-fatt, f’post fuq Facebook il-Ġimgħa filgħodu ġie allegat li r-raġel kien qed joqtol il-klieb u l-qtates li jkunu ma jifilħux biex jagħmel u jbigħ iz-zalzett tal-Malti fil-ħanut tiegħu.
    Fost il-mijiet ta’ kummenti fuq din il-post, kien hemm min kiteb li ddaħħlu xi nies l-isptar b’food poisoning wara li kielu xi laħam mill-ħanut tal-imsemmi biċċier.
    Malli bdiet tiċċirkola din il-kitba fuq il-midja soċjali, ONE News staqsa lill-Pulizija dwarha, u f’risposta uffiċjali, ġie kkonfermat li sa dak il-ħin, jiġifieri l-Ġimgħa filgħodu, il-Pulizija ma kienet rċeviet l-ebda rapport dwar il-każ.
    Fl-istess tweġiba ntqal li l-Pulizija ma kinitx imsejħa biex tassisti lil xi entità f’xi investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ.
    Sorsi viċin ONE News qalu li ġimgħat ilu, meta bdiet tinxtered l-aħbar, kienu ntbagħtu xi spetturi fuq il-post, iżda rriżulta li l-ħanut kien ilu magħluq għal diversi xhur.
    F’każi bħal dawn, huwa d-Dipartiment tas-Sanità li jkun mitlub l-ewwel biex jinvestiga, qabel ma jiġu infurmati l-Pulizija.
    Sadanittant, fl-istess jum fuq Facebook, l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati kitbet li din mhix storja fittizja u hija fil-fatt verità. Kitbet li l-klieb u l-qtates intużaw biex isiru z-zlazet f’Għawdex, u kien hemm xi nies li ddaħħlu l-isptar.
    Jidher li wara li żdiedu sew il-kummenti u l-allegazzjonijiet marbuta ma’ dan il-każ, saru rapporti li kien hemm xi nies li ddaħħlu l-isptar wara li kienu kielu l-laħam tal-biċċier inkwistjoni, u kien hawnhekk li bdiet l-investigazzjoni fil-konfront tar-raġel u fir-razzett tiegħu fix-Xagħra, Għawdex, mill-uffiċjali tal-Animal Welfare u tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, li qed ikunu assistiti mill-Pulizija.

ความคิดเห็น • 3

  • @GeorgeDebono-po8vr
    @GeorgeDebono-po8vr หลายเดือนก่อน +1

    Itfawh IL HABS u armu ic caveta

  • @philipportelli5124
    @philipportelli5124 หลายเดือนก่อน

    Ziblu

  • @rosmarmifsud6214
    @rosmarmifsud6214 หลายเดือนก่อน

    Kieku jien flok il prim lilu noqtol bhal ma ghamel hu nghamel jien