Il-Barka

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 5 ก.พ. 2025
  • Inħares lejn din l-għanja bħala għadsa li wara li għodost se tibqa’ mxarrab għal tul ta’ ħin. Inħares lejha bħala esperjenza li wara li tkun għaddejt minnha tkun imġarrab. Kull kelma li ktibt tirrifletti vers mill-Bibbja li b’xi mod jew ieħor messli qalbi fil-vjaġġ ta’ ħajti.
    Fil-Bibbja nsibu tliet tipi ta’ barkiet:
    1) il-barka minn Alla lill-bniedem;
    2) il-barka mill-bniedem lil Alla;
    3) il-barka mill-bniedem lill-bniedem.
    L-ewwel barka titlaq minn Alla. Alla jbierkek. Alla jħarsek. Alla jixħet id-dija ta’ wiċċu fuqek. Alla jurik il-ħniena. Alla jħares lejk b’imħabba. Alla jagħtik is-sliem. Kull azzjoni ġejja minn Alla. Mistennija minnek ħaġa waħda biss: li tirċievi din il-barka. Din hi barka li tagħtik abbundanza u ħajja fil-milja tagħha għax hija ħajja fil-Mulej. Huwa l-Mulej biss li jagħti viżjoni, direzzjoni u skop għal ħajtek.
    Quddiem din il-barka jfeġġu żewġ barkiet oħra. Quddiem dak kollu li jagħmel Alla, ir-ruħ, b’mod awtomatiku, tbierek lil Alla għal dak kollu li jagħmel magħha. Imbagħad il-bniedem jagħżel li jbierek lil ħuh bl-istess barka li Alla bierek lill-poplu tiegħu.
    Kemm hu sabiħ li f’kull stadju tal-ħajja nagħżlu li nbierku.
    F’din l-għanja jiġu ppreżentati tliet mumenti sinifikattivi fil-ħajja tal-bniedem: it-twelid, il-vokazzjoni u l-mewt , jew aħjar, it-twelid għall-ħajja l-ġdida. Fin-nofs hemm it-tfakkira li Alla qiegħed dejjem hemm: jaf x’inhu jagħmel, anke jekk mhux dejjem nifhmu l-għaliex, u jinsab preżenti l-ħin kollu. Fl-għeluq hemm tfakkira fil-wegħda t’Alla: Alla jaħfer, jifdilek ħajtek mill-qabar, iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena u jġeddidlek żgħożitek.
    Għażilt li nlibbes din l-għanja b’libsa kkaratterizzata minn tliet elementi:
    1. Daħħalt l-Ebrajk fi tliet partijiet ta’ din l-għanja. Xtaqt ninżel għall-ħoss tal-għeruq. Fil-bidu tintalab il-barka lil Alla (Salm 67: 1-3). Fin-nofs hemm ir-ruħ li titniehed b’tifħir u barka lil Alla (Salm 103: 1-2). Fl-aħħar il-Malti u l-Ebrajk jingħaqdu fil-barka li Alla jagħti lill-poplu Lhudi u li l-bnedmin jgħaddu lil xulxin (Numri 6: 24-26).
    2. Jinstema’ x-shofar. Dan huwa wieħed mill-eqdem strumenti mużikali li jissemma’ anke fil-Bibbja. Anke permezz tal-ħoss tiegħu xtaqt ninżel għall-għeruq. Minnu nnifsu x-shofar joħloq ħoss sagru għax il-ħoss tiegħu jissimbolizza l-preżenza t’Alla f’kull ħin (Numri 10: 1-10).
    3. Hija l-arpa li takkumpanja l-ikbar parti ta’ din l-għanja. L-arpa hija wkoll wieħed mill-eqdem strumenti mużikali li jissemmew fil-Bibbja. Hija assoċjata mat-tifħir u mal-paċi u hija sors ta’ ispirazzjoni profetika (2 Samwel 16:16-23).
    Għall-kordi, jew għall-mużika tal-innu, wieħed jista' jibgħat e-mail fuq whiteroderick@gmail.com
    -------------------------------------------------------------------------
    Vuċi: Roderick White
    Kliem u Mużika: Roderick White
    Daqq tal-Arpa: ‪@jacobportelli‬
    Daqq tax-Shofar: Mirko Galea & Roderick White
    Taħriġ fil-Pronunzja u Qari tal-Provi tal-Ebrajk: Yigal Maidani
    Arranġament Mużikali: Analise Mifsud
    Produzzjoni: Mirko Galea
    -------------------------------------------------------------------------
    #IlBarka #InħobbokMulej #RoderickWhite
    Il-Barka
    Elohim Yehannenu Viyevarehenu;
    Yaer Panav ittanu Selaq.
    Ladaat Baarrez Darkeha;
    Bekol Goyim Yeshuateha.
    Yoduha Amim Elohim;
    Yoduha Amim Kulam. (ara Salm 67: 1-3)
    Sawwrek mit-trab tal-art.
    Fi mniffsejk nefaħlek nifs il-ħajja. (ara Ġen 2: 7)
    Qabel int kont fil-ġuf ta’ ommok,
    naqqxek Alla fuq il-pala t’idu. (ara Ġer 1: 5)
    Rit: Ħa jbierkek il-Mulej u (i)ħarsek.
    Dawl wiċċu jixħet fuqek u (i)ħenn għalik.
    Ħa jħares lejk b’imħabba. Kenn int fiH issib.
    Għal dejjem Hu jagħtik is-sliem. (ara Num 6: 24-26)
    B’ismek Huwa jsejjaħlek. (ara Is 43: 1)
    Int magħżul, werriet tas-Saltna tiegħu. (ara Ġak 2: 5)
    Ħdejn l-ilma, tistrieħ, Hu jieħdok.
    Fil-wied mudlam Hu jkun l-għasluġ tiegħek. (ara Salm 23: 2b, 4) Rit./
    Ma jorqodx u lanqas jongħos Dak li jħares ‘l Iżrael.
    La filgħodu x-xemx ma tolqtok, lanqas il-qamar bil-lejl.
    F’kull ħruġ tiegħek, f’kull dħul tieghek. (ara Salm 121: 4-8) Rit./
    Barehi Nafeshi Et Adonaai
    Vekol Keravaai Et Shem Kodsho
    Barehi Nafeshi Et Adonaai
    Veal tishekehi kol gemulaav (ara Salm 103: 1-2)
    Art ġdida int għad tara,
    Minn għajnejk kull demgħa jixxutalek.
    Ma jkunx hemm la mewt u lanqas biki,
    La għajat u la tbatija. (ara Apok 21: 1, 4) Rit./
    Jaħfer dnubietek kollha.
    Ifejjqek mill-mard tiegħek kollu.
    Jifdilek ħajtek mill-qabar.
    Iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena.
    Ixabba’ bil-ġid snin ħajtek u żgħożitek iġedded. (ara Salm 103: 3-5) Rit./
    Ħa jbierkek il-Mulej u (i)ħarsek.
    (Yevarekheha Adonaai Veyishemerecha)
    Dawl wiċċu jixħet fuqek u (i)ħenn għalik.
    (Yaer Adonaai Panav Elecha Veyehunecha)
    Ħa jħares lejk b’imħabba. Kenn int fiH issib.
    (Yisa Adonaai Panav Elecha)
    Għal dejjem Hu jagħtik is-sliem.
    (Veyasem lecha Shalom) (ara Num 6: 24-26)

ความคิดเห็น • 25

  • @donnasaliba38
    @donnasaliba38 ปีที่แล้ว +1

    Ghanja li tmiss il-qlub kemm il- kelma t Alla u kemm il-lehen tieghek u l muzika bravu u anke ta l-arpa bravu.

  • @sharondepasquale5137
    @sharondepasquale5137 ปีที่แล้ว

    This is truly beautiful and touching

  • @CarmenCilia
    @CarmenCilia ปีที่แล้ว

    Amazing music and harp playing. Well done jacob and roderick🎶🎶

  • @beccabugeja7475
    @beccabugeja7475 ปีที่แล้ว

    U l bambin ibirek lilek ukoll ghax il vuci tijak barka sabiha

  • @ritavassallo8012
    @ritavassallo8012 ปีที่แล้ว

    Kemm hi qawwija proset verament. U proset Jacob ukoll tal-arpa. Issa ghamlulna ohra ❤

  • @juliabrincat9924
    @juliabrincat9924 ปีที่แล้ว

    Tajtna rigal mill isbah. Happy new year. U prosit u awguri ❤🎉

  • @richarddimech
    @richarddimech ปีที่แล้ว

    A beautiful new song to help us glorify God. Bless you Brother Roderick.

  • @rebeccafalzon7962
    @rebeccafalzon7962 ปีที่แล้ว

    This song shook me literally wow xi gmiel. ❤ Combination of Hebrew and Maltese, shofar and harp, music and lyrics is perfect. Jacob bravu wisq fl arpa u l vuci ta Rodrick wisq wisq wisq sabiha. Thallix 10 snin ohra issa biex tpoggi diska fuq youtube ta 😂

  • @maeverapa2990
    @maeverapa2990 ปีที่แล้ว

    ❤❤❤ bravi roderick and jacob, analise and mirko. Roderick keep it up

  • @tamaracarbonaro936
    @tamaracarbonaro936 ปีที่แล้ว +1

    Well done to Jacob as well. I only read the credits carefully now. I always appreciate your music suring tvm mass.

  • @gvella4037
    @gvella4037 ปีที่แล้ว

    Well done bravo

  • @dorothyzarb913
    @dorothyzarb913 ปีที่แล้ว

    Song eccellenti. Laqwa kantant ma laqwa arpist u laqwa producers. Bravi kollha. Fuq kollox grazzi ghax tghejnuni nitlob.

  • @CarmenCilia
    @CarmenCilia ปีที่แล้ว

    Allajbierek xi gmiel dan. Prosit. Ammen!

  • @nicolegellel2133
    @nicolegellel2133 ปีที่แล้ว

    This is amazing well done

  • @bernardparascandolo6391
    @bernardparascandolo6391 ปีที่แล้ว

    Klassi

  • @maria14081985
    @maria14081985 ปีที่แล้ว

    Kemm int bravu u xi gmiel ta' lehen. Prosit

  • @doloresferrito2510
    @doloresferrito2510 ปีที่แล้ว

    Well done jacob for playing the harp

  • @ramonabugeja1126
    @ramonabugeja1126 ปีที่แล้ว

    Bellezza ❤

  • @r.wallace8502
    @r.wallace8502 ปีที่แล้ว

    Sabiha wisq proset. Ilu ma jkollna song hekk u int dejjem tolqot lil qlub. Is songs tieghak jeghjnuni nitlob u proset lil Jacob tal arpa.

  • @doloresferrito2510
    @doloresferrito2510 ปีที่แล้ว

    Awguri u grazzi. Ibqa ikteb izjed songs u itfahom fuq youtube ghax gmiel wisq

  • @isabellevella6895
    @isabellevella6895 ปีที่แล้ว

    Xi gmiel. Prosit Roderick. U prosit lil Jacob ukoll ghal arpa. Veru song sabiha u bi hsieb.

  • @tamaracarbonaro936
    @tamaracarbonaro936 ปีที่แล้ว

    Wow ro i am impressed with the level of this song and its production. You should consider taking singing and music composition more seriously. A big well done to you and all team.

  • @fridabonnici3404
    @fridabonnici3404 ปีที่แล้ว

    Prosit u awguri

  • @robertgrech7089
    @robertgrech7089 ปีที่แล้ว

    Is-sena t-tajba Roderick u prosit ta' vera. Belahtni x'vuci ghandek u x'talent dak biex ktibt din.

  • @fridabonnici3404
    @fridabonnici3404 ปีที่แล้ว

    @roderickwhite proset u anka @jacobportelli insegwik fuq quddiesa tat tv