Innu Marċ Lil San Ġwann l-Għammiedi (Innu Marċia)
ฝัง
- เผยแพร่เมื่อ 18 ก.ย. 2024
- Kliem: Joseph J. Vella
Vuci: Dominic Cini
Lirika:
F'dan il-jum ta' Milied sajfi,
Mimli ferħ ma' kullimkien;
Ġieħ u ħajr nagħtuk Ġiovanni
Bl-oħla lsien ilkoll flimkien.
L-Isem tiegħek iħennina
Għax ġie mogħti mis-smewwiet;
Fuq kulħadd il-ferħ ġewwieni
Jidwi jidher bil-ħlewwiet.
(x2)
Qalbna sabet fik il=ħeġġa
Biex bnejnielek tempju ġdid,
Ġawhra u żina ta' dil-gżira
Sawwab fina barka u ġid.
Il-ferħ tagħna l-għożża tiegħek
F'dan il-Għid ta' twelid kbir;
Int bid-dawl tal-eqdes dija
Qalbna tfawwar, trid ittir.
Insellmulek kbir Ġovanni
Qalb id-daqq, l-isparar u l-għajjat
Kbira r-rabta ta' bejnietna,
Li tinħall, li tinħall ma' tista qatt!
Dejjem żomm idejk felħana
Fuq uliedek maħbubin
F'Jum twelidek ngħollu lilek
Għax int l-għaqxa tax-Xewkin.
(x2)
Għandkom banda bisd mhux kliem pls?
I love you
wtf
@@loldoopy2279 111