SE JARAW LI JGĦAQQDU BANDA GĦAL WARA L-QADDIS

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 9 พ.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • L-għaqda każini tal-banda laqgħet id-direttivi li ħarġu mill-Kurja ta’ Malta dwar il-parteċipazzjoni tal-baned fil-pellegrinaġġi li se jsiru bl-istatwa tal-qaddis.
    Filwaqt li sa issa kienet biss il-Kurja ta’ Malta u allura dak deċiż ma japplikax għal Għawdex li għandu djoċesi għalih, l-għaqda każini tal-banda qalet li għal dawk il-festi li diġà għaddew se tinstab data alternattiva u issa l-għaqda se tħares li ma tintefax press żejda fuq is-soċjetajiet mużikali biex jgħaqqdu banda biex takkumpanja l-qaddis.
    KITBA EDWARD MONTEBELLO
    FILMAT ALEX BORG / ARKIVJI
    Wara li l-Kurja tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ħabbret direttivi ġodda għaċ-ċelebrazzjoni tal-festi sa tmiem din is-sena, l-għaqda każini tal-banda kienet sodisfatta li l-baned se jkollhom irwol importanti fil-pellegrinaġġi bl-istatwa tal-qaddis li se jibdew jiġu organizzati sa mill-ewwel ta’ Lulju.
    Il-President tal-għaqda Każini tal-Banda, Dr. Noel Camilleri stqarr ma’ dan l-istazzjon li kien pass sensibbli li l-Arċisqof semma li l-festi li diġà kellhom isiru, tinstab data alternattiva għalihom.
    Qal li issa l-għaqda li jmexxi se tara li d-dati alternattivi għall-festi li laħqu għaddew ma jitfgħux pressjoni żejda fuq is-soċjetajiet mużikali li jridu jsibu l-bandisti ħalli jgħaqqdu banda biex takkumpanja lill-qaddis f’pellegrinaġġ devot.
    NOEL CAMILLERI
    PRESIDENT TAL-GĦAQDA TAL-KAŻINI TAL-BANDA
    “Biex kemm jista’ jkun ma jkunx hemm pressjoni żejda fuq is-soċjetajiet tal-banda biex jorganizzaw il-banda għaliex finalment li l-ewwel nett irrid ngħid li se jkunu l-baned tal-post biss, baned barranin xejn. Imma wkoll in-numru tal-bandisti se niftehmu aħna internament u ħa noħorġu d-direttivi aħna biex ma jkunx hemm esaġerazzjonijiet żejda.”
    Fil-pellegrinaġġ se jindaqqu innijiet jew marċi marbuta mal-qaddis jew qaddisa iżda mhux dawk brijużi.
    Id-direttivi tal-Kurja Maltija jisħqu li ma għandhiex tintagħżel id-data tal-14 ta’ Settembru għax fiha se jkun qed isir pellegrinaġġ djoċesan immexxi minn Monsinjur Arċisqof bi xbieha għażiża tal-Kurċifiss meqjuma fil-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta.
    Il-President tal-għaqda każini tal-banda qal li l-ftehim li ntlaħaq mal-Kurja Maltija għadu ma jgħoddx għad-djoċesi t’Għawdex, li sa issa ma ħarġet l-ebda direttivi ġodda iżda rringrazzja lill-Arċisqof ta’ Malta u l-Isqof awżiljarju talli kkonsulta mal-għaqda.
    NOEL CAMILLERI
    PRESIDENT TAL-GĦAQDA TAL-KAŻINI TAL-BANDA
    “Kien verament ftehim sabiħ u għalhekk allura, il-festi, il-każini se jkollhom sehem importanti u parteċipattiv fil-pellegrinaġġi li sa jibdew isiru mill-1 ta’ Lulju.”

ความคิดเห็น •