RAĠEL “TA’ QALB TAJBA” JMUT B’XOKK

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 10 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Qalb tajba, ragħaj, umli u persuna maħbuba. Hekk ġie deskritt Lawrence Piscopo, ir-raġel ta’ 57 sena, li tilef ħajtu fl-Imsida kmieni llum, aktarx b’xokk tal-elettriku.
    KITBA: RUSLANA BARBARA
    FILMAT: ARKIVJI/FB
    Dik li kellha tkun għodwa, bħal oħrajn, għal Lawrence Piscopo spiċċat fi traġedja fejn tilef ħajtu, aktarx kawża ta’ xokk elettriku.
    Kienu għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, meta Piscopo ta’ 57 sena mill-Ħamrun, erħielha lejn garaxx fi Triq Anton Inglott fl-Imsida biex jaħsel xi vetturi minn fejn ma reġax ħareġ ħaj.
    Fuq il-post dlonk marru l-Pulizija, filwaqt li l-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie informat bil-każ u ħatar inkjesta maġisterjali.
    Minkejja dan, il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha, biex tistabbilizza id-dinamika tal-inċident.
    Lawrence Piscopo, li hu missier, kien jiddedika ħinu wkoll għall-Parroċċa tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun, tant li serva bħala Chairperson tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali għal dawn l-aħħar sentejn.
    Hu ġie deskritt minn ħafna bħala raġel ta’ qalb tajba, ragħaj, umli u persuna maħbuba.
    Kienu bosta li sellmu l-memorja ta’ Lawrence, fosthom ħuh it-tewmi, Antonio, u ħuh l-ieħor Ray.
    Dan filwaqt li Patri Franco, f’isem il-Parroċċa li kienet tant għal qalbu, sellem il-memorja tiegħu, filwaqt li semma x-xogħol siewi li għamel fi ħdan din il-komunità.

ความคิดเห็น • 2