L-OPPOŻIZZJONI TINQELA B’ŻEJTHA

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 1 มิ.ย. 2021
  • ONE.COM.MT • L-Oppożizzjoni nqliet b’żejtha stess waqt laqgħa tal-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi meta bdiet toħroġ barra mis-suġġett fil-mistoqsijiet li bdiet tagħmel.
    L-Avukat Giannella De Marco semmiet lil Jason Azzopardi u t-talb fuq il-qabar meta d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina beda jsaqsi mistoqsijiet mhux marbuta mas-suġġett lix-xhud.
    Oħt id-Deputat Nazzjonalista Mario De Marco sostniet li mhux se tħalli lil Karol Aquilina jagħmel bullying fuqha, naraw.
    KITBA EDWARD MONTEBELLO
    FILMAT D. CARUANA / PARLAMENT / ARKIVJI
    F’laqgħa oħra tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi fejn kien qed jixhed Paul Apap Bologna dwar il-kuntratt tal-Electrogas, l-Avukat tas-Sur Apap Bologna qalet li mhux se tħalli lid-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jagħmel ‘bullying’ fuqha.
    Dr Giannella De Marco qalet li hi ma kinitx fil-kumitat biex tiskorja xi punti politiċi.
    “Taħseb li se niġi bullied minnek jiena?
    Jien minix se niġi bullied minnek Sur Aquilina. Jien minisx se niġi bullied minnek. Jien minix qiegħda hawn biex nipprova nieħu punt politiku.”
    Oħt id-Deputat Nazzjonalista Mario De Marco aċċennat li huwa d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina li qed jagħmel bullying.
    “Mintix se tibbuljani.
    Mintix se tibbulja int. Int mintix se tibbulja.”
    F’aktar battibekki bejn l-Avukat ta’ Apap Bologna u l-Oppożizzjoni ntqal li hemm min qed ifixkel lix-xhud.
    “Ma jistax l-Onorevoli jagħmel domandi b’mod li huma kapzjużi u b’mod li huma magħmula apposta biex infixklu lix-xhud. Dan ma jistax jagħmlu.”
    F’dan il-kuntest, id-Deputat Laburista Ian Castaldi Paris saħaq li x-xhud għandu jkun komdu li jagħti x-xhieda tiegħu wara mistoqsijiet li bdiet tagħmel l-Oppożizzjoni mhux marbuta mas-suġġett.
    “Irrid inkun ċert jien li inti mhux qed tħossok skomdu f’din l-atmosfera biex tixhed. Dik jinteressani.”
    No I’ve said I’m not feeling comfortable in this environment ”
    Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield irrimarka wkoll li l-Oppożizzjoni qed tasal għal ċertu konklużjonijiet li jistgħu jkunu perikolużi.
    “Għandha l-Kap tal-Oppożizzjoni li l-ewwel jipproponi li tingħata maħfra lil ċertu persuni u tiġu hawnhekk tagħmlu kummenti, taslu għall-konklużjonijiet biex, nispera mhux qed tippruvaw tippreġudikaw ċertu każi.”
    Intant tul il-laqgħa tal-Kumitat, Dr De Marco reġgħet innutat aġir tal-Oppożizzjoni.
    “Jien mhux se nħalli lil ħadd jaħseb li għax qegħdin hawn u għax huma eletti mill-poplu li m’għandhomx il-liġi li tiggvernahom.”
    Imbagħad ma’ aktar mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni mhux marbuta mas-suġġett, l-istess Oppożizzjoni nqliet b’żejtha.
    “Ma mortx tar l-futbol mela x’mort tagħmel?
    Jimporta żżommu mas-suġġett ineżami? Dan daqs li kieku għandek dritt issaqsi kemm il-darba per eżempju Dr Azzoppardi mar jitlob fuq xi qabar u tħallas minn Yorgen Fenech x’affarjiet dawn.”

ความคิดเห็น • 1

  • @clivepsaila9992
    @clivepsaila9992 3 ปีที่แล้ว +1

    X intom tghidu? Dawk lanqas zejt f wicchom m ghandhom. Ha haj