KAWŻA TA’ GRECH U DELIA ANTI-DEMOKRATIKA

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 10 ก.ค. 2024
  • ONE.COM.MT •
    Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Toni Abela, ċaħdet it-talbiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, fejn riedu li kemm il-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll Chris Fearne, fost oħrajn, jiġu mfittxijin personalment għad-danni b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet.
    Fost l-oħrajn, fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Abela kkwota lill-Imħallef Emeritu Anthony Borg Barthet li jgħid kif it-talbiet tal-Oppożizzjoni, biex l-Avukat tal-Istat jintervjeni, jiksru d-demokrazija. Dan filwaqt li ma kinitx fil-kompetenza tal-Qorti li tgħid lill-Avukat tal-Istat kif għandu jaqdi dmiru.
    Ta’ min ifakkar li l-Partit Nazzjonalista żamm din il-kawża anke jekk ġie żvelat li l-kumpanija Steward Healthcare allegatament kienet qed tagħmel kampanja ta’ tfigħ ta’ tajn u allegazzjonijiet foloz fil-konfront ta’ Fearne.
    Fuq il-kawża, li tinstiga proċeduri personali, fosthom kontra Fearne, il-Prim Ministru u anke l-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, iddefendew l-interess nazzjonali kontra wkoll aġir ta’ Oppożizzjoni li trid tfixkel proċeduri li għaddejjin fl-Arbitraġġ Internazzjonali, fejn il-Gvern qed ifittex lil Steward u jitlob kull ċenteżmu dovut lill-poplu Malti tas-servizz li ma ħax, skont il-ftehim tal-isptarijiet.

ความคิดเห็น • 1

  • @dorisfava4733
    @dorisfava4733 25 วันที่ผ่านมา

    Sewwa jaghmel il- Gvern ifettex lil Stuart id- deni ,tal- hsara li- ghamlet biex titfa tajn fuq dawk li- ma kelhom htejja .