JOSEPH MUSCAT: AKKUŻI BBAŻATI FUQ GĦAJDUT

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 9 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Ftit tal-ħin ilu xxandret intervista mal-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Joseph Muscat fuq ONE Radio.
    Intervista li fiha Dr Muscat jiżvela kif l-akkużi kontrih huma bbażati fuq għajdut persuna ta’ nazzjonalità Indjana semgħet mingħand persuna oħra, mingħajr xejn konkret u dwar dan spiċċa jixhed fl-inkjesta tal-Vitals, immexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella.
    KITBA: SAMUEL LUCAS
    FILMAT: ONE / ARKIVJI
    L-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat żvela kif l-akkużi fil-konfront tiegħu b’rabta mal-Inkjesta Vitals huma marbutin biss ma’ allegazzjonijiet li persuna ta’ nazzjonalità Indjana semgħet mingħand persuna oħra.
    Dr Muscat qal dan hekk kif kien qed jiġi intervistat minn Emmanuel Cuschieri fil-programm ‘Linja Ċara’ t-Tlieta filgħaxija, proprju ftit jiem biss wara li ngħata aċċess għall-proċess verbal tal-Inkjesta Vitals, li tmexxiet mill-Maġistrat Gabriella Vella.
    Liema inkjesta mhux biss ġiet ippreżentata erba’ snin u nofs tard, iżda tqanqlu għadd ta’ dubji dwarha, inkluż dwar l-ammonti ta’ miljuni li jissemmew fiha u kif ħareġ li kumpanija msemmija lanqas biss kienet teżisti dak iż-żmien tal-konċessjoni tal-isptarijiet.
    Dr Muscat fakkar li, hekk kif fil-gidba tal-Egrant kien ħareġ li kien hemm firem iffalsifikati bil-persuna li għamlet l-allegazzjonijiet għadha maħruba sal-lum il-ġurnata, din id-darba lanqas xi ħaġa konkreta ma teżisti f’dan il-każ.
    JOSEPH MUSCAT
    EKS PRIM MINISTRU U MEXXEJ LABURISTA
    “Is-sabiħa li din ir-Russa, din is-Sinjura tal-inqas ħadet l-intrigu li hi u xi ħadd jiffalsifika l-firem u li joħroġ b’karti foloz li, imbagħad, ġew ipprovati li huma foloz. Din id-darba dan is-Sinjur Indjan mar jixhed li sema’ lil xi ħadd jgħid hekk. Jiġifieri mhux, għax jaf hu, għax sema’ lil xi ħadd jgħid xi ħaġa, detto del detto u allajbierek emmnuh.”
    B’hekk Dr Muscat sostna kif min kien għamel tiegħu dawn l-allegazzjonijiet, fosthom il-Partit Nazzjonalista, se jkun qed iħallas bil-kbir.
    JOSEPH MUSCAT
    EKS PRIM MINISTRU U MEXXEJ LABURISTA
    “Dak li se jkunu instigaw in-nies ħa jkun wassal għat-tkissir totali tal-Partit Nazzjonalista. Ċert minnha, għax nista’ nikkonferma li din mhijiex biss Egrant it-tieni, hi agħar minnha. Jien meta tawni aċċess u bdew jgħidu hemm tmienja u sebgħin kaxxa, ħsibthom ħa jiġu b’kontejner affarijiet. Envelopp.”
    Fil-fatt, l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista ddeskriva dan kollu bħala kastell tar-ramel, li b’mewġa waħda se jinħatt kollu.
    JOSEPH MUSCAT
    EKS PRIM MINISTRU U MEXXEJ LABURISTA
    Joseph Muscat - “Din ħa tkun kastell tar-ramel, kastell tar-ramel li tibnih sabiħ kemm tibnih sabiħ u tista’ tagħmel l-ikbar skultura tar-ramel, mewġa waħda u jinħatt kollu u jien ħa nkun dik il-mewġa li ħa nħottu kollu dan il-kastell tar-ramel.”
    Preżentatur - “Kemm legalment u kemm politikament?”
    Joseph Muscat - “Totalment.”
    Sadanittant, matul l-intervista, Dr Muscat tenna li hu jixtieq li l-inkjesta maġisterjali tkun ippubblikata ħalli l-poplu jkun jista’ jiġġudika hu x’hemm u kif, fost oħrajn, din tinvolvi assunzjonijiet.
    L-istess appell li għamel il-Prim Ministru Robert Abela mal-mument li sar magħruf li l-inkjesta Maġisterjali tlestiet.
    Hawn l-eks Prim Ministru reġa’ fakkar kif proprju fid-dawl ta’ dawn l-assunzjonijiet, hu qatt ma ntalab biex jiċċara xi affarijiet jew jipprovdi aktar dettalji biex b’hekk qed jinħoloq preċedent ikrah u perikoluż.
    Dr Muscat tenna wkoll is-solidarjetà tiegħu mal-persuni li jaħdmu fiċ-Ċivil u li din l-inkjesta maġisterjali kellha fil-mira tagħha lilhom ukoll.
    Hawn Dr Muscat irrimarka kif dan kien intiż sempliċiment biex jipparalizza l-ħidma governattiva permezz tal-biża’.
    Fi tmiem l-intervista, Dr Muscat kellu messaġġ wieħed.
    JOSEPH MUSCAT
    EKS PRIM MINISTRU U MEXXEJ LABURISTA
    “Ħallu għal ħaddieħor ir-rabja, l-isteriżmu, il-ġlied, it-tkissir, it-tgħajjir. Aħna m’aħniex ta’ hekk. Aħna kapaċi nsemmgħu leħinna fil-kalma, mingħajr mibegħda u b’riżoluzzjoni. It-tieni nett. Użaw dak li l-aktar jibżgħu minnu l-Partit Nazzjonalista. Il-vot.”

ความคิดเห็น • 4

  • @juliancachia9215
    @juliancachia9215 3 หลายเดือนก่อน +1

    Proset Dr.Joseph Muscat ❤

  • @francisbuttigieg
    @francisbuttigieg 3 หลายเดือนก่อน +1

    IL-Pn Partit ta l-indanati u hfura

  • @joycevella4253
    @joycevella4253 3 หลายเดือนก่อน

    Jien dejem emint fik dr muscat

  • @angelobartolo8344
    @angelobartolo8344 2 หลายเดือนก่อน

    Dawkli vintaw kolla lib qarsa fkgha 0m