IŻ-ŻONA TA’ ĦONDOQ IR-RUMMIEN ISSA HIJA PROTETTA

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 10 ก.ค. 2024
  • ONE.COM.MT •
    Ġiet iffirmata d-dokumentazzjoni finali tal-Local Plan Review għal Ħondoq ir-Rummien.
    Kif ħabbar il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri din id-dokumentazzjoni ser titressaq quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-approvazzjoni finali sabiex tidħol fis-seħħ il-bidla fil-Pjan Lokali tal-2006 għal Għawdex u Kemmuna.
    CLINT CAMILLERI
    MINISTRU
    “Issa li ffirmajna din id-dokumentazzjoni se tmur lura għand il-Kumitat Parlamentari fil-Parlament għad-diskussjoni finali imbagħad sussegwentament tidħol liġi fis-seħħ, tibdil fil-pjan lokali sabiex jirrifletti dak kollu li ilna niddiskutu u saga ta’ 22 sena li tiġi fi tmiemha darba u għal dejjem.”
    Il-Ministru Camilleri fakkar li f’Jannar ta’ din is-sena, l-Awtorità tal-Ippjanar nediet proċess ta’ konsultazzjoni pubblika bil-għan li jkun hemm tibdil fiż-żona ta’ Ħondoq ir-Rummien, sabiex din ma’ tibqax żona ta’ żvilupp iżda tinbidel f’żona ta’ afforestazzjoni.
    Huwa kompla li wara li ġie fi tmiem il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Gvern mexa għall-pass li jmiss billi ddikjara dan is-sit bħala Żona Speċjali ta' Konservazzjoni, l-ogħla livell ta’ protezzjoni u ħarsien ambjentali li joffru l-liġijiet ambjentali ta' pajjiżna.
    Min-naħa tiegħu s-Sindku tal-Qala Paul Buttiġieġ qal li l-ħolma ta’ bosta, wara taqbida legali ta’ aktar minn 20 sena, issa saret realtà hekk kif il-bajja u l-madwar ser ikomplu jitgawdew mill-pubbliku.
    PAUL BUTTIGIEG
    SINDKU
    “Wara 22 il-poplu tal-Qala jista’ jieħu nifs ġdid, dan wara li ġie ffirmat id-dokument biex b’hekk Ħondoq inserrħu moħħna darba għal dejjem. Nirringrazzja lill-PM li dejjem żamm kellmtu.”

ความคิดเห็น •