“IL-HOSPICE HIJA FAMILJA” - MARATONA ĠBIR TA’ FONDI

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 4 ต.ค. 2024
  • ONE.COM.MT • “Il-Hospice hija familja.”
    Dan kien kliem Graziana Hili, bint Maria Axisa li sfortunatament tilfet ħajjitha sena ilu wara li tilfet il-battalja tagħha tal-kanċer f’sidirha.
    Fi sfond tal-maratona ġbir ta’ fondi annwali tagħha bl-isem ‘L-Aħħar Pass’, Hospice Malta tkellmu ma’ Graziana u Joseph, ir-raġel ta’ Maria li tenna kemm Maria kienet mara kuraġġuża u ma taqta’ qalbha qatt, avolja t-triq mhux dejjem kienet ward u żahar.
    JOSEPH AXISA
    IR-RAĠEL TA’ MARIA
    “Xi ġranet qabel, apparti l-breast cancer ħarġilha l-ħruq ta’ Sant Antnin u bil-biża’ li mhux ħa morru t-tieġ tat-tifel. Ġiet it-tieġ tat-tifel muġugħa, mgħawġa ganċ u tidħaq u ħarġet tiżfen mat-tfal. Kellha kuraġġ kbir.”
    Huma spjegaw kif Maria u l-familja tagħha sabu l-għajnuna tal-Hospice mill-bidu nett.
    Fil-fatt, skedata għall-Ħadd, 7 ta’ Lulju 2024, mill-ħdax ta’ filgħodu sal-ħdax ta’ filgħaxija, it-telethon ta’ din is-sena għandha l-għan li tiġbor l-għotjiet mill-pubbliku biex jitlestew l-aħħar stadji tal-kumpless St Michael, bl-inawgurazzjoni mistennija f’Settembru 2024.
    It-telethon ‘L-Aħħar Pass’ se tixxandar live għal 12-il siegħa direttament minn St Michael Hospice f’Santa Venera.
    St Michael Hospice, l-ewwel kumpless ta’ kura paljattiva f’Malta, jirrappreżenta pass trasformattiv fl-impenn ta’ 34 sena ta’ Hospice Malta għall-kura ħolistika. Il-kumpless se joffri faċilitajiet kruċjali għal in-patient u servizzi estiżi, u b’hekk jiżgura appoġġ komprensiv għall-pazjenti u l-familji tagħhom li qed jiffaċċjaw mard li jillimita l-ħajja.
    MARIA AXISA
    BINT MARIA
    “Naħseb dak huwa l-motto ta’ Hospice, li ma jaqtgħu qalbhom qatt u jibqgħu għaddejjin sal-aħħar biex żgur jgħinu lil dak li jkun. Kieku jistgħu jagħtuh l-ilma jiżfen. Bħal ma sibnihom aħna. M'hemmx kelma, il-Hospice hija familja.”

ความคิดเห็น •