IMNIEDIJA L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI GĦALL-BIJODIVERSITÀ

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 20 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Fi Xrobb l-Għaġin, ġiet imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għall-Bijodiversità u l-Pjan ta' Azzjoni sal-2030.
    Wara s-suċċessi miksuba mill-pjan preċedenti, din l-istrateġija ġiet varata, sabiex tiġi stabbilita strateġija ċara li tindirizza i-isfidi tal-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ambjent.
    Bi 22 mira u 79 azzjoni li jmorru id f’id mal-miri globali u dawk tal-Unjoni Ewropea, din l-istrateġija tisħaq fuq progress f'oqsma bħall-komunikazzjoni, il-protezzjoni tal-art u tal-baħar, l-iżvilupp ta’ policies, u l-użu tal-fondi Ewropej għal proġetti ambjentali kbar.
    Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli, qalet li l-kollaborazzjoni bejn il-gvern u s-soċjetà hija essenzjali biex jintlaħqu dawn l-għanijiet ambizzjużi. Hija spjegat ukoll xi jfissru strateġiji ta’ din ix-xorta.
    MIRIAM DALLI
    MINISTRU
    “In-nies qed jaraw ukoll, kif rajna f’dan is-Sajf, riżultati konkreti ta’ meta nibdew nieħdu ħsieb l-ambjent u l-ibħra tagħna. Eżempju, rajna aktar dniefel, rajna aktar fkieren fil-baħar u wara ħafna snin il-monk seal, li ma konniex qed naraw. Dawn huma riżultati konkreti li jibdew juruk li meta tieħu miżuri ambjentali, ikollok riżultati ambjentalment pożittivi.”
    Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, Kevin Mercieca qal kif din l-ħidma trid tkompli b’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra biex jiġi żgurat li jinkisbu riżultati pożittivi.
    KEVIN MERCIECA
    KAP EŻEKUTTIV, ERA
    “Bħala strateġija, tinvolvi miżuri varji biex aħna ntejbu l-bijodiversità, sabiex aħna nkomplu nipproteġu il-bijodiversità li għandna madwarna, u ovvjament huwa importanti li nippreservaw il-bijodiversità tagħna, fuq sistema fejn ikun hemm il-kontribut ta’ kulħadd.”
    Matthew Grima Connell, li huwa t-team manager fi ħdan l-ERA tkllem dwar dak li jista’ jagħmel il-pubbliku.
    MATTHEW GRIMA CONNELL
    TEAM MANAGER
    “Huma affarijiet sempliċi ħafna li jistgħu jiġu integrati fil-ħajja ta’ kuljum, billi wieħed ikun environmentally-considerate f’dak li jagħmel, li flimkien jekk kulħadd jagħti s-sehem tiegħu, nistgħu nagħmlu impatt pożittiv sinifikanti fuq l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija.”
    Intant, għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur il-website tal-ERA.

ความคิดเห็น •