- 145
- 40 408
Għaqda tal-Malti Università
เข้าร่วมเมื่อ 26 มิ.ย. 2012
L-Għaqda tal-Malti -- Università twaqqfet fis-26 ta' Jannar 1931 minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici, żewġ studenti tal-Mediċina. Fl-istess sena bdew joħorġu 'Leħen il-Malti,' rivista li għadha toħroġ sal-lum. Matul is-snin mexxew l-Għaqda l-Professuri Pietru Pawl Saydon, Ġużè Aquilina, Dun Karm Sant u Oliver Friggieri.
Fl-1988, b'inizjattiva tal-Prof. Friggieri, it-tmexxija għaddiet f'idejn l-istudenti, bl-ewwel president ikun George Said. Matul is-snin l-Għaqda ħadet ħsieb tellgħet diversi konferenzi, waqqfet il-mafkar lill-Poeta Nazzjonali fil-Furjana, u organizzat korsijiet speċjalizzati u tnedijiet ta' kotba.
F'dawn l-aħħar xhur sar investiment fi proġetti edukattivi u interdixxiplinarji, filwaqt li ssaħħew ir-relazzjonijiet tajbin tal-Għaqda ma' entitajiet oħra. Fl-2013, l-Għaqda ngħatat il-Premju tal-President għall-Kreattività, u llum tgħodd 'il fuq minn 300 membru, bi prospetti sbieħ għall-futur.
Fl-1988, b'inizjattiva tal-Prof. Friggieri, it-tmexxija għaddiet f'idejn l-istudenti, bl-ewwel president ikun George Said. Matul is-snin l-Għaqda ħadet ħsieb tellgħet diversi konferenzi, waqqfet il-mafkar lill-Poeta Nazzjonali fil-Furjana, u organizzat korsijiet speċjalizzati u tnedijiet ta' kotba.
F'dawn l-aħħar xhur sar investiment fi proġetti edukattivi u interdixxiplinarji, filwaqt li ssaħħew ir-relazzjonijiet tajbin tal-Għaqda ma' entitajiet oħra. Fl-2013, l-Għaqda ngħatat il-Premju tal-President għall-Kreattività, u llum tgħodd 'il fuq minn 300 membru, bi prospetti sbieħ għall-futur.
Il-Klabb tal-Kotba: 'Kissirtu Kullimkien' || Lara Calleja
Dan l-avveniment ittella' b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta fil-25 ta' Marzu 2022 f'12pm waqt Kampus Kotba, il-festival tal-ktieb fuq il-kampus.
F'dan il-klabb tal-kotba studenti mid-Dipartiment tal-Malti ddiskutu l-ktieb 'Kissirtu Kullimkien' mal-awtriċi Lara Calleja, rebbieħa tal-Premju tal-UE għal-Letteratura 2021. Il-ktieb huwa ppubblikat minn Merlin Publishers.
Is-sessjoni mexxietha Justine Somerville.
"Hemm spazji u rkejjen li għalkemm kulħadd jaf bihom, l-istorja tagħhom ma jafha kważi ħadd. Xi stejjer minn dawn qegħdin jintradmu għal dejjem fost tħaffir, torrijiet u żviluppi ġodda li m’għandhom xejn x’jaqsmu ma’ passat li jgħid ħafna stejjer. Stejjer tiegħek, tagħha u tiegħi u ta’ eluf oħra li ġew qabel u li għad iridu jiġu wara.
"Id-dar tal-larinġ għaddiet minn erba’ ġenerazzjonijiet. Issa? Sfrundawha. Minflokha kantun flettijiet. U lil Rożi? Minn ħajja trankwilla f’dar viċin ix-xatt, tefgħuha thewden fuq sodda li ma kinitx tagħha. U min qatt seta’ jobsor li anke f’xifer irdum dwejjaq, għafet tinbet ħbiberija?
"Dawn huma stejjer li jfittxu t-tama fost it-trab, il-kalma fost it-tkissir, u ċ-ċans ta’ bidla fost kruha li taqtagħlek nifsek."
F'dan il-klabb tal-kotba studenti mid-Dipartiment tal-Malti ddiskutu l-ktieb 'Kissirtu Kullimkien' mal-awtriċi Lara Calleja, rebbieħa tal-Premju tal-UE għal-Letteratura 2021. Il-ktieb huwa ppubblikat minn Merlin Publishers.
Is-sessjoni mexxietha Justine Somerville.
"Hemm spazji u rkejjen li għalkemm kulħadd jaf bihom, l-istorja tagħhom ma jafha kważi ħadd. Xi stejjer minn dawn qegħdin jintradmu għal dejjem fost tħaffir, torrijiet u żviluppi ġodda li m’għandhom xejn x’jaqsmu ma’ passat li jgħid ħafna stejjer. Stejjer tiegħek, tagħha u tiegħi u ta’ eluf oħra li ġew qabel u li għad iridu jiġu wara.
"Id-dar tal-larinġ għaddiet minn erba’ ġenerazzjonijiet. Issa? Sfrundawha. Minflokha kantun flettijiet. U lil Rożi? Minn ħajja trankwilla f’dar viċin ix-xatt, tefgħuha thewden fuq sodda li ma kinitx tagħha. U min qatt seta’ jobsor li anke f’xifer irdum dwejjaq, għafet tinbet ħbiberija?
"Dawn huma stejjer li jfittxu t-tama fost it-trab, il-kalma fost it-tkissir, u ċ-ċans ta’ bidla fost kruha li taqtagħlek nifsek."
มุมมอง: 88
วีดีโอ
Il-Malti minn Fomm il-Barranin || Kampus Kotba 2022
มุมมอง 1302 ปีที่แล้ว
Dan l-avveniment ġie organizzat mill-Għaqda tal-Malti - Università fil-25 ta' Marzu 2022 mit-3pm sal-4pm waqt Kampus Kotba, il-festival tal-ktieb fuq il-kampus. Hawn min jgħid li l-Malti tqil biex titkellmu, tiktbu u tifhmu. F’din l-attività ltqajna ma’ studenti tal-Malti bħala lingwa barranija u rajna ftit kif jaħsbuha fuq il-Malti mitkellem u miktub. F’din id-diskussjoni l-kelliema qasmu magħ...
Waħx taħt it-Tinda! || Anton u Sergio Grasso
มุมมอง 2452 ปีที่แล้ว
Dan l-avveniment ġie organizzat mill-Għaqda tal-Malti - Università fil-25 ta' Marzu 2022 mill-4pm sal-5pm waqt Kampus Kotba, il-festival tal-ktieb fuq il-kampus. F’din id-diskussjoni nagħtu ħarsa lejn il-ġeneru tal-waħx. Anton Grasso u ibnu Sergio ddiskutu magħna wħud mill-karatteristiċi tal-istejjer tal-waħx u qasmu magħna xi kurżitajiet fuqhom u fuq il-kotba li ppubblikaw. Matul din is-siegħa...
#tunattoga... u mbagħad? || 2020
มุมมอง 1273 ปีที่แล้ว
Taħdita organizzata mill-Għaqda tal-Malti, flimkien mad-Dipartiment tal-Malti, fis-7 ta' Mejju tal-2020, għall-ewwel darba fuq Zoom minħabba l-pandemija. Din kienet it-tielet edizzjoni ta' din it-taħdita, dwar fejn tista' twassal B.A. fil-Malti. Is-seba' kelliema mistednin biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom kienu Christa Boffa, Donna Borg, Javier Degiorgio, Glen Falzon, Wayne Farrugia, Bernice Ma...
#tunattoga... u mbagħad? || 2021
มุมมอง 2283 ปีที่แล้ว
Taħdita organizzata mill-Għaqda tal-Malti, flimkien mad-Dipartiment tal-Malti, fid-19 ta' Mejju 2021 fuq Zoom. Din kienet ir-raba' edizzjoni ta' din it-taħdita, dwar fejn tista' twassal B.A. fil-Malti. It-tmien kelliema mistednin biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom kienu Kirsty Azzopardi, Dorothy Bezzina, Janice Bonnici, Gordon Mifsud, Marilyn Mintoff, Ann Marie Schembri, Matthew Schembri u Rebecc...
Danusan u l-lingwi
มุมมอง 593 ปีที่แล้ว
Għall-Jum Ewropew tal-Lingwi 2020, l-Għaqda tal-Malti - Università u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta kkollaboraw mad-Danusan biex joħolqu filmati li jixħtu dawl fuq lingwi Ewropej differenti. Għalkemm ilkoll nikkomunikaw b'ħafna modi differenti, skont minn liema parti tad-dinja nkunu ġejjin, hemm dejjem xi ħaġa li tgħaqqadna. Danusan ġabru nies jitkellmu b'lingwi differenti u f...
Il-Jum Ewropew tal-Lingwi 2020
มุมมอง 1363 ปีที่แล้ว
Għall-Jum Ewropew tal-Lingwi 2020, l-Għaqda tal-Malti - Università u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta kkollaboraw mad-Danusan biex joħolqu filmati li jixħtu dawl fuq lingwi Ewropej differenti. Ftit fatti dwar il-lingwi differenti li hawn madwarna. Kemm-il lingwa taf? #EDLangs #DiscoverTranslation
Danusan u tagħwiġ l-ilsien
มุมมอง 523 ปีที่แล้ว
Għall-Jum Ewropew tal-Lingwi 2020, l-Għaqda tal-Malti - Università u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta kkollaboraw mad-Danusan biex joħolqu filmati li jixħtu dawl fuq lingwi Ewropej differenti. Il-pespus pespes tpespisa lill-pespusa tal-pespus u l-pespusa tal-pespus għat-tpespisa tal-pespus, pespset. This is a tongue twister in Maltese. Watch some friends trying it out! And what ...
Il-ħsejjes tal-Belt Valletta
มุมมอง 533 ปีที่แล้ว
Għall-Jum Ewropew tal-Lingwi 2020, l-Għaqda tal-Malti - Università u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta kkollaboraw mad-Danusan biex joħolqu filmati li jixħtu dawl fuq lingwi Ewropej differenti. F'dan il-filmat, Danusan iduru t-toroq tal-Belt Valletta biex jisimgħu l-ħsejjes u l-lingwi kollha li jgħixu fiha. #EDLangs #DiscoverTranslation
Danusan iduru s-senjaletika
มุมมอง 203 ปีที่แล้ว
Għall-Jum Ewropew tal-Lingwi 2020, l-Għaqda tal-Malti - Università u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta kkollaboraw mad-Danusan biex joħolqu filmati li jixħtu dawl fuq lingwi Ewropej differenti. Danusan jesploraw is-senjaletika bilingwi fit-toroq Maltin. Kemm għandna tabelli fit-toroq tagħna li huma bl-Ingliż biss, bil-Malti biss, jew bit-tnejn li huma? Minn lokalità għal oħra, iħ...
Danusan u l-gym... bil-Malti?
มุมมอง 703 ปีที่แล้ว
Għall-Jum Ewropew tal-Lingwi 2020, l-Għaqda tal-Malti - Università u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta kkollaboraw mad-Danusan biex joħolqu filmati li jixħtu dawl fuq lingwi Ewropej differenti. Ta' sikwit il-Malti jżomm f'saħħtu meta jmur il-gym però l-lingwa Maltija ftit tintuża waqt dawn is-sessjonijiet. Danusan iżuru lil A New, Better Life u jaraw jekk sessjoni tistax issir bi...
Danusan u l-lingwa tas-sinjali Maltija
มุมมอง 1913 ปีที่แล้ว
Għall-Jum Ewropew tal-Lingwi 2020, l-Għaqda tal-Malti - Università u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta kkollaboraw mad-Danusan biex joħolqu filmati li jixħtu dawl fuq lingwi Ewropej differenti. L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat it-23 ta' Settembru bħala l-Jum Internazzjonali tal-Lingwi tas-Sinjali sabiex tqajjem għarfien u kuxjenza dwar l-importanza tal-lingwa...
Niftakar || Oliver Friggieri
มุมมอง 1K4 ปีที่แล้ว
L-intervista sħiħa mal-Prof. Oliver Friggieri, li kien Kap tad-Dipartiment tal-Malti mill-1988 sal-2002, u b'hekk, kien membru ex-officio fil-Kumitat tal-Għaqda tal-Malti. Kien hu li għadda t-tmun tal-Għaqda f'idejn l-istudenti fid-disgħinijiet. Niftakar huwa dokumentarju qasir dwar l-istorja tal-Għaqda tal-Malti, magħmul minn sensiela ta' intervisti ma' membri ta' kumitati preċedenti tal-Għaqd...
Poeta jintervista poeta || Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
มุมมอง 354 ปีที่แล้ว
Fid-29 ta' Marzu 2019, bħala parti mill-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, Dr Antoine Cassar, poeta u traduttur, intervista lil Prof. Rod Mengham, poeta u kittieb Ingliż li kien il-mistieden speċjali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019. Fis-27, 28 u 29 ta' Marzu, 2019, l-Għaqda tal-Malti - Università, flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat is-sitt edizzjoni tal-Festival tal-...
Niftakar || Leanne Ellul
มุมมอง 3224 ปีที่แล้ว
L-intervista sħiħa ma' Leanne Ellul, li kienet membru fil-Kumitat tal-Għaqda mill-2012 sal-2017. Niftakar huwa dokumentarju qasir dwar l-istorja tal-Għaqda tal-Malti, magħmul minn sensiela ta' intervisti ma' membri ta' kumitati preċedenti tal-Għaqda mis-sittinijiet sa żmienna. Kordinazzjoni Amy Camilleri Sephora Francalanza Produzzjoni Għaqda tal-Malti - Università: ghaqdamalti Iff...
It-terminoloġija tar-raħħala 1 || Brian Gatt
มุมมอง 964 ปีที่แล้ว
It-terminoloġija tar-raħħala 1 || Brian Gatt
Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus || Sephora Francalanza u Matthew Borg
มุมมอง 2074 ปีที่แล้ว
Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus || Sephora Francalanza u Matthew Borg
Il-mistoqsijiet tal-pubbliku fuq il-Malti || Il-Kumitat tal-Għaqda tal-Malti
มุมมอง 1564 ปีที่แล้ว
Il-mistoqsijiet tal-pubbliku fuq il-Malti || Il-Kumitat tal-Għaqda tal-Malti
L-għaqdiet tal-Malti || Sephora Francalanza
มุมมอง 2804 ปีที่แล้ว
L-għaqdiet tal-Malti || Sephora Francalanza
Ir-reġistru tal-futbol bil-Malti || Keith Attard
มุมมอง 2254 ปีที่แล้ว
Ir-reġistru tal-futbol bil-Malti || Keith Attard
Il-lingwaġġ tad-DJ Malti || Gordon Mifsud
มุมมอง 3004 ปีที่แล้ว
Il-lingwaġġ tad-DJ Malti || Gordon Mifsud
Dayı her telden çalıyor hem osm torunu hem roma😂
Il-Malti mill-lingwa PUNIKA gej mhux mill-Gharbi. Hemm bzonn xi hadd minnkom jaghmel studju sew fuq il-konnessjoni mal-giex lingwi. Araw is-similarita bejn il-Malti u Fenicju f'din il bicca mit-Tabnit Sarcophagus: Phoenician: al yikunlak zare behayim tahet sems Maltese: La jkollok zaghar bej il-hajjin taht ix-xemx Hemm bzonn niefqu nirrepetu Propaganda Gharbija u nikklassifikaw il-lingwa Maltija kif suppost, taht il-lingwa Punika
amazing !!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!
Interesting. I speak Tunisian, Italian, French, and English, and I understood 95% of what Keith Attard was saying. His enunciation is very clear. I think that the only part that was omitted is the Berber/Amazigh elements in Maltese. For instance the iex endings, the word biex, xlok, fartas, babbux and many other words are not of Semitic origin, but rather, Amazigh.
Biz Türkler Müslümanız bunlar hristiyanlar bizden olamazlar
gerçek osmanlı torunu
Maltese is a derivative of *Arabic* (but it sadly has a lot of Italian pollution in it though!)
Bu hangi dil. ?
Maltaca, Malta dili
içine italyanca serpiştirilmiş arapça gibi duyuluyor bana :)
ھزا لسان العربیۃ
Arapça ve İtalyanca karışımı bir fonetiği var dilin
Öyle zaten. Malta'ya yerleşen Arapların zamanla Latinleşmesiyle oluşmuş
Prosit. Interessanti ħafna pero immisjajt il-fatt li ma nafx kemm ilhom jgħixu Malta tnejn minn dawn il-kelliema.
Din il-mara, li ilha biss sitt snin f'pajjiżna, għandha tħammrilna wiċċna meta wieħed iqis li hawn barranin ilhom fostna għal bosta snin u mhumiex kapaċi jlissnu imqar kelma waħda bil-Malti...u, agħar minn hekk, ukoll dawk il-Maltin - speċjalment xandara - li jkissru l-Malti billi jdaħħlu kliem barrani meta jkollna kliem Malti li ilu jaqdina għal bosta snin. Grazzi minn qalbi għax-xogħol li qed tagħmel! Cпасибо.
Kemm ghandu xjitghallem il malti min din il mara . Inhoss li qegheda tbezbzilna widnejna ghal dawk li iwarbu il lingwa maltija . Haqqa prosit u midalja ta republika din il persuna ghax hi ambaxatrici ghal malti .
"Finally Malta discover TV shows"
لو جئت إلى مالطا لتكلت معهم ثاني يوم بعد حفظ بعض المصطلحات الاسبانيه والايطاليه والانجليزيه
fatih sultan mehmet hanin oğlu.cem sultanin torunu fatihin totunu olmuş hristos
misssssss
Geatano kanta
Is-Setha hija Alla falz. Min vera jemmen f’Alla u jaqra l-iskrittura jara li hadd ma ghandu dawn it-tip ta poteri.
kanal fqir biss 110 abbonati
Proset! Ħadt gost ħafna nisma' :)
Grazzi ħafna!
Proset!!
"Diffiċli"? Arkajk forsi imma ma nistax nifhem għaliex "diffiċli".
Prosit! :)
:)
Thank you, I'm studying Maltese and I'm enjoying and learning with your videos. I'd like to know the title of the song in this one.
Hi! We are so pleased to hear that! Good luck with your studies. The song was originally sung by Sammy Bartolo <th-cam.com/video/6sFuMp8bzM4/w-d-xo.html> though the one in the background is a cover version by the Big Band Brothers <th-cam.com/video/U-u3_XCaCaM/w-d-xo.html>. Saħħiet!